Waqt l-intervista tal-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela, ta ħarsa lejn il-ħidma li twettqet mhux biss matul din il-ġimgħa, iżda wkoll matul din is-sena.
Waqt din l-intervista, huwa ta ħarsa lejn il-ħidma li kkaratterizzat din il-ġimgħa, bħal kif tqassmu madwar 24 miljun ewro f’benefiċċji, fosthom għall-persuni b’diżabilità, għall-foster carers, u l-benefiċċju fiċ-childrens’ allowance, li ra żieda sostanzjali.
“Qassamna dil-ġimgħa, b’erbgħa u għoxrin miljun ewro f’benefiċċji differenti. Benefiċċji għal persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, lill-carers, dik li ngħatat fiċ-children’s allowance. Iż-żieda fiċ-children’s allowance waħidha, se jkunu qed jibbenefikaw 63,000 tifel u tifla ta’ dan il-pajjiż.”
Il-Prim Ministru, Robert Abela
Dr. Abela, aċċenna għall-importantza tal-politika tal-inċentiv li tagħti kuraġġ lin-negozji u lill-familji li għandhom fiduċja f’pajjiżna.
Huwa ta ħarsa wkoll lejn żewġ investimenti lokali li ġew inawgurati din il-ġimgħa, fejn għall-fatt li dan il-gvern fetaħ il-bibien ekonomiċi, in-negozji bdew jemmnu fihom infushom.
“Qas kellek is-suq għalih sa ftit snin ilu. Illum, dak l-investitur li huwa wieħed relattivament żgħir, qed jara proġett wara proġett, li jikkristallizzaw dak li qed nimmiraw għalih – il-kwalità. U għaliex il-kwalità? Fl-investiment bħal dak tara s-sinerġija mal-kwalità għax hija binja li tirrispetta wkoll il-viżjoni tal-Gvern fejn tidħol il-viżjoni tal-iżvilupp.”
Il-Prim Ministru, Robert Abela
Il-Prim Ministru, tkellem ukoll dwar kif ħamsin sena wara li Malta saret Repubblika, f’pajjiżna ddaħħlu diversi riformi – anke kostituzzjonali – meħtieġa, fosthom għall-governanza tajba, li ġew imfaħħra saħansitra mis-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken.
Il-Prim Ministru saħaq dwar l-importanza tal-paċi u l-istabbiltà, b’pajjiżna jospita l-Konferenza Ministerjali tal-OSCE.
Huwa tkellem dwar kif din kienet sena ta’ sfidi, bil-Gvern dejjem aġixxa.
Dr. Abela, saħaq, kif il-Partit Laburista, jibqa’ l-unika forza politika li tista’ tmexxi dan il-pajjiż ‘il quddiem, hekk kif huwa partit mogħni b’talent żagħżugħ u talent ta’ esperjenza.