Daqqa ta’ pinna mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali, u oħra mill-Kummissarju għall-Anzjani, se tissarraf f’aktar ħidma biex titwassal il-vuċi tal-anzjani u jkunu mħarsa l-interessi tagħhom.
Flimkien se jaħdmu biex filwaqt li jiżdied it-trattament u l-ħarsien tal-anzjani, jiżdiedu wkoll id-drittijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Bil-ftehim iffirmat se ssir ħidma biex ikun hemm prattika aħjar għal dawk li jipprovdu servizz lill-anzjani.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis tennew li l-ftehim qed iseħħ fi sfond ta’ Gvern li jaħdem bla heda kontra kull diskriminazzjoni fil-konfront tal-anzjani minħabba l-età tagħhom.
Qalu wkoll li l-anzjani jafu li huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern, b’żieda wara oħra fil-pensjoni tagħhom fl-aħħar ħames baġits ta’ Gvern Laburista – biż-żieda għas-sena li ġejja hija l-ikbar waħda f’dawn l-aħħar erbgħin sena.