Il-paġni uffiċjali ta’ Facebook u Twitter ta’ HBO, ġew hacked. Dan hekk kif grupp li jsejjaħ lilu nnifsu bħala OurMine deher jieħu kontroll tal-profili ta’ HBO, kif ukoll tas-serjes tagħhom fosthom ta’ Game of Thrones.
Wieħed mill-messaġġ li tħalla fuq paġna kien “OurMine are here. we are just testing your security”.
Din qed titqies bħala uġigħ ta’ ras għal din il-kumpanija, dan wara li hackers illikjaw scripts tas-serje Game of Thrones u kif ukoll episodju, b’mod illegali, jiem qabel ma xxandar b’mod uffiċjali.