Parti mill-irwol tal-Kummissarju huwa li jżid l-għarfien tan-nies fuq il-ħarsien tal-annimali. Din se tkun l-ewwel prijorità tiegħi.
Dan huwa kliem Alison Bezzina, attivista u mara b’imħabba kbira lejn l-annimali, i ġiet maħtura Kummissaru għall-Ħarsien tal-Annimali. Dan jagħti pariri diversi lill-awtoritajiet li jagħtu sehem fil-qasam.
Hija qalet, “Il-Kummissarji ta’ qabli ħadmu ħafna fuq affarijiet bħal liġi, rapporti investigattivi pero’ nħoss li fil-qasam li nkunu viżwali li nkunu preżenti u fuq l-media soċjali pereżempju kienet xi ħaġa li kienet għada trid issir u hija xi ħaġa li jiena nemmen ħafna fiha għax jekk nedukaw in-nies u ntuwhom it-tagħrif nibdew innaqsu l-każijiet ta’ abbuż u negliġenza minħabba li n-nies ikunu iżjed aware ta’ x’għandhom jagħmlu meta jkollhom annimal.”
Bezzina tkellmet ukoll dwar l-importanza li nieħdu ħsieb l-annimali domestiċi tagħna.
Hija saħqet, “L-aħjar ħaġa li tagħmel meta verament tħobb annimal hu li titgħallem fuq dik l-ispeċi, titgħallem fuq dik il-breed. Eżempju jiena l-ewwel darba li ġibt kelb seba’ snin ilu, l-ewwel ħaġa li għamilt hu ħadt courses kemm stajt, qrajt kemm stajt mort first aid course tal-klieb biex jekk allaħares qatt jinqala’ xi ħaġa matul il-lejl u ma nsibx vet inkun naf x’għandi nagħmel u b’hekk ovvjament tgħallimt ħafna.”