L-Għasel Malti huwa wieħed tipiku u differenti ferm iżjed minn dak ta’ pajjiżi oħra. Dan minħabba li pajjiżna huwa wieħed żgħir u mżejjen bi flora differenti. Il-prodott jista’ jerġa jkun itjeb jekk kemm-il darba n-naħla tkun waħda lokali wkoll jiġifieri dik Maltija li f’dawn l-aħħar snin żdied iżjed l-għarfien dwarha.