Sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa, se jkunu tħallsu 594 familja minn fost 732 applikant fl-ewwel ġimgħat minn meta tħabbret mill-ġdid l-iskema tal-Parent Benefit tal-Gvern, għall-ġenituri ta’ tfal ta’ anqas minn sittax-il sena, jew b’dizabilità severa, li kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom f’pandemija. B’kollox s’issa, 81% tal-applikazzjonijiet ġew approvati u tħallsu.
Bil-pagament ta’ tmiem din il-ġimgħa, l-ispiża se tkun telgħet għal €232,524. Meta mbagħad tgħodd il-kontribuzzjoni tas-siġurtà soċjali li se titħallsilhom ukoll, in-nefqa taqbeż il-€258,000.
In-numru ta’ applikanti issa jlaħħaq l-1,261 u nħadmu 52% tal-applikazzjonijiet li daħlu.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Familja u l-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon spjega kif din l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern f’pandemija turi l-impenn ta’ Gvern għan-nies. Huwa spejga lil-Gvern se jibqa’ l-vuċi u r-referenza ta’ kull min jeħtieġ għajnuna kemm fl-immedjat u anke fit-tul.