Se tkun irrestawrata l-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi, hekk kif l-Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz tal-fondazzjoni tagħha għall-konservazzjoni tal-parroċċi u l-wirt kulturali, se tmexxi għaxar proġetti madwar il-pajjiż ta’ tisbiħ u restawr ta’ diversi parroċċi, b’investiment ta’ fost oħra erba’ miljun ewro minn fondi Ewropej.
Is-Segretarju Amministrattiv tal-Kurija, Michael Pace Ross qal: “Imma hemm oħrajn. Nista’ nsemmi l-proġett fuq il-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt. Għal dawn l-għaxar proġetti se jiġu investiti miljun u nofs ewro u se jiżdiedu ma’ 17-il proġett li konna ħabbarna sena ilu. B’hekk b’kollox għandna 27 proġett ta’ €4 miljun. Dan se jgħin il-wirt tagħna fil-parroċċi u anke l-wirt kulturali tagħna li se ngħaddu lil uliedna wkoll.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-knejjes Maltin u Għawdxin dejjem kellhom valur imprezzabli hekk kif jifformaw parti mill-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna.
Huwa sostna: “Dan huwa mezz kif nagħtu ħarsien sħiħ lill-patrimonju kulturali tagħna, insaħħu l-prodott turistiku u nħarsu dak li ħallewna missierijietna.”