Fix-xhur li ġejjin mistenni li jsir tibdil f’żewġ skemi – dik tal-MicroInvest u l-BusinessStart.
Fir-rigward tal-MicroInvest, il-valur tal-assistenza se jkun qed jogħla minn €30,000 għal €50,000 għall-intrapriżi li huma bbażati f’Malta filwaqt li għan-negozji bbażati f’Għawdex dan se jkun qed jiżdied għal €70,000.
Apparti minn hekk meta negozju jkollu maġġoranza ta’ ishma f’isem in-nisa u fil-każ nisa li huma self-employed, l-inċentiv mistenni jitla’ wkoll għal €70,000.
Din l-iskema mistennija tinfetaħ ukoll għal negozji li jimpjegaw mhux iktar minn 50 impjegat fultajm.