Il-passiġġieri li ser jivvjaġġjaw dalwaqt jistgħu jistennew li jaraw għadd ta’ bidliet hekk kif jidħlu fit-terminal, minħabba li tmien check-in desks ġodda ser jiġu inawgurati fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar.
Din iż-żieda fiċ-checkin desks hija mistennija li ttejjeb l-effiċjenza tal-ajruport fl-ipproċessar tal-passiġġieri tiegħu.
Madankollu, il-benefiċċji kollha ta’ dan l-investiment ser jinħassu biss ladarba jsir xogħol ta’ titjib fuq iċ-check-in desks eżistenti.
Sabiex tinbidel is-sistema kurrenti tal-provvista tal-enerġija b’waħda li tkun tista’ tissodisfa l-esiġenzi ta’ sistema ta’ proċessar tal-bagalji ħafna aktar kumplessa, huwa ppjanat li l-provvista tal-enerġija tingħalaq kompletament fis-sigħat bikrin tat-8 ta’ Frar.
Jidher li x-xogħol li se jsir mhux se jaffettwa lill-passiġġieri. Madanakollu, fi stqarrija li ħarġet l-MIA talbet skuża lill-klijenti tagħha tal-inkonvenjent waqt li fakkret li dawk il-passiġġieri li se jsiefru jaħsbu dejjem sagħtejn qabel.