Il-Gvern Ingliż mistenni jħallas mat-tmien mitt elf sterlina lil ditta legali għal pariri li din se tkun qed tagħti lill-Gvern f’każ li l-kumpanija Eurotunnel tiftaħ kawża l-Qorti dwar l-effett ta’ Brexit fuq in-negozju tagħha.
Il-midja Ingliża qed tirrapporta li d-Dipartiment għat-Trasport fir-Renju Unit qed jikseb l-għajnuna legali tiegħu b’rabta ma’ dan il-każ.
Kelliema għad-Dipartiment qalet li vetturi kbar se jkunu jistgħu jaqsmu l-kanal Ingliż lejn Calais mingħajri il-bżonn li jiddikkjara l-prodotti mad-Dwana, anke f’każ li Brexit iseħħ mingħajr ftehim.