Il-Ħamis filgħaxija jissuktaw aktar diskursati Madwar Mejda mal-preżentatur Wayne Aquilina u l-Ġurnalista Nicole Buttigieg. Fil-programm ta’ din il-ġimgħa ħa naraw il-ħidma li saret fl-Etijopja sabiex infetħet skola, li l-parti sekondarja ssemmiet għal mibkija Rebecca Zammit Lupi li sentejn ilu tilfet il-battalja kontra kanċer rari.
Madwar Mejda ser tiġi diskussa wkoll is-sitwazzjoni preżenti tal-kannabis f’Malta. Leonid McKay, Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorita’ għall-użu responsabli tal-kannabis se jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Wayne u Nicole. Lejn tmiem il-programm umbgħad b’reazzjoni għal dak li qiegħed jintqal f’dawn l-aħħar jiem, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Samantha Pace Gasan MADWAR MEJDA titkellem dwar l-istigma fil-konfront tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.
MADWAR MEJDA jixxandar il-Ħamis fid-9pm fuq ONE
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI