F’kummenti li ta fi tmiem laqgħa tal-Grupp Parlamentari fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Prim Ministru tenna l-fiduċja fil-pajjiż u fil-poplu, u appella biex il-politika ma tintużax biex jittajru l-irjus tan-nies jew issir xi gwerra qaddisa, bħalma jrid il-Partit Nazzjonalisa.
Semma kif fit-tmienja ta’ Ġunju, il-poplu se juża l-aktar għodda b’saħħitha li għandu biex dawn it-tip ta’ tattiċi ma’ jippermettihomx.
“Dħalna b’determinazzjoni qawwija li nkomplu naħdmu bis-saħħa sat-tmienja ta’ Ġunju biex inġibu dak ir-riżultat li jixraqlu l-pajjiż u lil hinn minn hekk inkomplu nimplimentaw il-manifest elettorali, dak ir-rieda li dħalna biha u ħriġna b’aktar determinazzjoni biex dik il-ħidma nintensifikaw ir-ritmu tagħha ħalli nibqgħu nagħmlu l-ġid għall-Għawdxin u għall-Maltin kollha.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal ukoll li Chris Fearne se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, u reġa’ tenna l-fiduċja fih.