Aktar Deputati tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw mhux kapaċi jsemmu pajjiżi li qed jgħinu fil-qasam tal-enerġija, bħal ma hu qed tagħmel Malta.
L-għajnuna tal-Gvern Malti hija l-unika waħda tat-tip tagħha fl-Ewropa hekk kif il-poplu Malti u Għawdxi biss mhux qed jintlaqat mill-għoli fil-kontijiet tal-enerpija u b’hekk baqa’ jara stabilità fil-prezzijiet tal-enerġija.
ONE News reġa’ staqsa mistoqsija sempliċi.
Dik li jissemmew tliet pajjiżi fejn fihom qed tingħata għajnuna mill-Gvern dwar il-kontijiet tad-dawl u l-fjuwils.
Għal din il-mistoqsija, id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus, li fl-aħħar xhur spiċċa tilef il-portafoll tal-enerġija, spiċċa jitbissem biss flok iwieġeb.
Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Enerġija Mark Anthony Sammut mhux biss ma kienx kapaċi jsemmi pajjiżi oħra li qed jagħmlu bħal Malta iżda bħal donnu xejjen l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern.
Intant id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio kellu jammetti li l-ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea mhu jgħin lin-nies u lin-negozji daqs Malta.
Viżibbilment mifxul erġajna staqsejnih u Joe Giglio ma kellux għażla ħlief li jammetti l-fatti.