Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet l-istedina tal-Malta Cadets Corps biex jiġu installati iktar defibrillators fil-lokalitajiet Għawdxin.
Il-Ministru qalet li wara li ġie installat defibrillator fiċ-Ċittadella u l-għotja ta’ numru ta’ defibrillators oħra lill-iskejjel Għawdxin, importanti li titqajjem aktar kuxjenza dwar l-użu ta’ dan l-apparat hekk importanti li jista’ jsalva l-ħajja. Il-Ministru għal Għawdex faħħret lill-Malta Cadets Corps għal din l-inizjattiva biex twaħħal dan l-appartat fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat kif ukoll għat-taħriġ li ngħata kif jintuża defibrillator.
Il-Ministru għal Għawdex kompliet tgħid li għalkemm Għawdex hija gżira żgħira, u ninsabu pass ’il bogħod miċ-ċentri tas-saħħa u l-Isptar Ġenerali, xorta jkun hemm dawk il-ftit minuti li jagħmlulna differenza f’ħajjitna, għalhekk huwa importani li jkun hemm dawn l-AEDs fil-lokalitajiet bħala l-ewwel għajnuna f’każ ta’ emerġenza.
Il-Ministru Caruana rringrazzjat lil ERRC għal din l-inizjattiva u qalet li l-Ministeu għal Għawdex dejjem disponibbli biex isostni inizjattivi bħal dawn li fl-aħħar mill-aħħar se nkunu qed insalvaw iktar ħajjiet.
Ritratti – MGOZ