Aktar binjiet fir-Renju Unit huma miksija bil-materjal li bih kienet miksija l-binja li ħadet in-nar, Grenfell. Huma 600, il-binjiet għoljin li huma miksija b’dan il-materjal li ħalla 79 persuna mejta.
Blokkijiet ta’ bini li jinsabu f’postijiet differenti madwar ir-Renju Unit li qed jiġu eżaminati biex ikun magħruf jekk il-materjal li ntużax waqt il-kostruzzjoni ta’ dawn il-binjiet.
Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li l-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli mill-appartamenti ġew avżati bir-responsabbiltajiet tagħhom.
Biex b’hekk qed jittieħdu l-prekawzjonijiet neċċessarji biex ma jerġax ikun hemm inċidenti simili. Fil-fatt minn numru ta’ testijiet li saru ġie stabbilit li minn tal-inqas tliet binjiet oħra huma miksija bl-istess materjal li jieħu n-nar malajr.