It-temperaturi f’pajjiżna issa huma aktar sħan, b’temp xemxi u għalhekk wieħed jibda jaħseb f’dawk il-jiem li jmur il-baħar. Il-Maltin u t-turisti għandhom numru ġmielu ta’ bajjiet minn fejn jgħażlu speċjalment din is-sena, hekk kif kienu tnax-il bajja li ngħataw il-Blue Flag min-Nature Trust – FEE Malta. Dawn il-bajjiet kwalifikaw għal din il-bandiera wara li ġew evalwati numru ta’ fatturi relatati mal-ambjent, fosthom l-indafa, is-sigurtà u l-aċċessibilità.
It-tnax-il bajja li ngħataw il-Blue flag huma:
- Bajja San Ġorġ, San Ġiljan
- Fond għadir, Tas-Sliema
- Westin Dragonara Beach Club, San Ġiljan
- Bajja tal-Ponta tal-Qawra, Buġibba
- Buġibba Perches Beach, San Pawl il-Baħar
- Il-bajja tal-Mellieħa
- Il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa, l-Imġarr
- Islands Edge Beach, Ċirkewwa
Kien hemm ukoll numru ta’ bajjiet Għawdxin li ngħataw din il-bandiera:
- Ħondoq ir-Rummien, Qala
- Ramla Bay, ix-Xagħra
- Bajja ta’ Marsalforn.