Ir-Russja kompliet bl-attakki bil-missili tagħha fl-Ukrajna, hekk kif ġew irrappurtati żewġ splużjonijiet fil-belt kapitali Kyiv. Hawn, residenti li tkellmu mas-sit BBC qalu li ċertu żoni fil-belt issa jinsabu bla dawl u ilma.
Intant, il-belt ta’ Kharkiv ukoll sofriet minn attakki, hekk kif ċertu faċilitajiet infrastrutturali intlaqtu b’missili.
Dan wara li r-Russja akkużat lill-Ukrajna li kienet il-moħħ wara attakk bi drone fuq il-flotta Russa.
It-Tnejn filgħodu ġew irrappurtati wkoll attakki bil-missili fil-punent u x-xlokk tal-Ukrajna.
Ir-residenti Ukreni fl-ibliet li qiegħdin taħt attakk qed jiġu mwissija sabiex jibqgħu fix-shelters.