Qarib taż-żagħżugħ li nqatel mill-Pulizija Franċiża l-ġimgħa l-oħra, tkellem mal-BBC u qal li l-familja ma tridx li l-mewt taż-żagħżugħ tixpruna l-irvellijiet, imma li l-liġijiet li jirregolaw l-ispezzjonijiet tat-traffiku, iridu jinbidlu.
Nahel M inqatel mill-Pulizija, li sparawlu wara li m’obdiex l-ordnijiet tagħhom biex jieqaf għal spezzjonijiet tat-traffiku.
Il-membru tal-familja taż-żagħżugħ saħaq fl-intervista, li qatt ma xtaqu mibegħda jew irvellijiet vjolenti.
Fi Franza, il-protesti vjolenti ilhom għaddejjin ħamest ijiem.
Sal-bieraħ filgħaxija kienu għadhom għaddejjin, tant li kmieni dalgħodu ġew irrappurtati mija u sebgħa u ħamsin arrest.
Il-lejl ta’ qabel, ġew arrestati aktar minn seba’ mitt persuna oħra.