L-attività kulturali “Connecting Through Culture” ser terġa ssir f’ Ta’ Xbiex għar-raba’ sena konsekuttiva nhar is-Sibt li ġej ġewwa l-parkeġġ tal-Yacht Marina.
Din is-sena kien hemm żieda fl-ambaxxati u konsulati mis-snin preċedenti, u dan huwa propju konferma tal-popolarita’ tal-istess avveniment li jidher li daħal sew fil-kalendarju tal-Maltin, tat-turisti u kif ukoll tal-barranin li jgħixu Malta.
Din hija attività li tgħaqqad nies minn nazzjonijiet differenti permezz tal-kultura, filwaqt li ttella’ spettaklu b’artisti lokali u internazzjonali, grazzi għall-involviment ta’ numru ikbar ta’ missjonijiet diplomatiċi, ambaxxati jew residenzi f’Ta ‘Xbiex, kif ukoll oħrajn li jinsabu barra minn din il-lokalità. Il-pajjizi li ħa jkunu irraprezentati huma l-Awstralja, l-Eġittu, l-Ġermanja, l-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ġappun, il-Libja, Malta, l-Olanda, Spanja, it-Turkija u r-Renju Unit. L-ambaxxati l-ġodda jinkludu iċ-Ċina, il-Ghana, il-Kuwajt, u r-Russja.
Bħas-snin ta’ qabel, kull ambaxxata parteċipanti, u naturalment il-Kunsill Lokali ta’ Ta ‘Xbiex, ser jippreżentaw il-kultura tal-pajjiż rispettiv tagħhom permezz ta’ mużika, patrimonju kulturali, zfin jew gastronomija.
Ser ikun hemm zona ddedikata għat-tfal u kif ukoll big screen li ser juri l-partita tal-World Cup qabel tibda s-serata. Din l-attività hija wkoll imtella bl-għajnuna tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turiżmu, d-Dipartiment tal-Gvern Lokali u Core Platform.