Studju reċenti mwettaq fir-Renju Unit, żvela l-prevalenza inkwetanti ta’ fastidju sesswali, attakk sesswali, u anke stupru fi ħdan il-professjoni kirurġika. L-istudju xeħet dawl ukoll fuq dak li ħafna rreferew għalieh bħala “sigriet miftuħ tal-kirurġija.”
Dawn ir-rivelazzjonijiet ħallew diversi persuni bla kliem, wara li ħarġet statistika allarmanti fejn tgħid li kważi żewġ terzi tal-kirurgi nisa mistħarrġa irrapurtaw li kienu vittmi ta’ fastidju sesswali, u terz minnhom esperjenzaw attakk sesswali minn kollegi f’dawn l-aħħar ħames snin.
Barra minn hekk, ir-rapport kixef li 11% tan-nisa ġew mitluba kuntatt fiżiku sfurzat sabiex javvanzaw fil-karriera, filwaqt li minn ta’ l-inqas 11-il inċident ta’ stupru ġew dokumentati. Ir-riżultati pinġew stampa kerha tal-ambjent tal-post tax-xogħol għan-nisa fil-kirurġija.
Kirurgu saħqet li ħassitha inkapaċitatà wara li ċertu kirurgu raġel mesaħ rasu fuq sider il-kollega waqt operazzjoni. Ir-rapport wera’ ukoll li l-iktar ħaġa inketanti kien is-silenzju fuq dawn l-akkużi, minħabba li ħafna drabi l-kirurgi jkunu ġodda u jippreferu li ma jgħidu xejn kontra persuni li għandhom il-poter fuq il-futur tal-karriera tagħhom.
Ir-rapport jgħid ukoll li kirurgi rġiel (madwar 24%) ukoll esperjenzaw xi tip ta’ abbuż fuq il-post tax-xogħol.
Ritratt: Sky News