L-avukat ġenerali fi New York, Barbara Underwoood se tibda bi proċeduri legali kontra l-Fondazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump.
L-avukat ġenerali Amerikan se tfittex lil Presidenti u wliedu fuq akkużi li The Trump Foundation kissret diversi liġijiet Amerikani meta fost l-oħrajn influwenzat l-elezzjoni Presidenzjali ta’ sentejn ilu.
Skont l-akkużi hemm li din il-fondazzjoni filantropika użat kuntatti politiċi matul l-elezzjoni Presidenzjali.
L-avukat ġenerali qalet li hija se tara li din il-fondazzjoni tingħalaq wara li anki Donald Trump innifsu kien talab lil din il-fondazzjoni biex tappoġjah b’mod illegali matul il-kampanja Presidenzjali.