Mara oħra resqet ‘il quddiem u qalet li kienet abbużata sesswalment fis-sebgħinijiet mid-direttur tal-films Roman Polanski.
Il-mara, riferuta biss bħala Robin, qalet waqt konferenza tal-aħbarijiet li l-allegat attakk seħħ fil-1973, meta hija kellha sittax-il sena. Din hija t-tielet mara li qed takkuża lil Polanski b’abbuż fuq minorenni.
Fl-elf disa mija tmienja u sebgħin ħarab mill-Istati Uniti wara li ammetta abbuż fuq tifla ta’ tlettax-il sena. Il-vittma, Samantha Geimer, talbet lil qorti f’Los Angeles f’Ġunju li għadda biex jintemm il-każ.
Robin, li dehret flimkien mal-avukat tagħha Gloria Allred f’Los Angeles fil-jum tat-Tlieta, ma tistax tressaq lil Polanski quddiem Qorti Kriminali minħabba li għadda l-perjodu li fih seta jitressaq il-każ.