Ħames żgħażagħ Afgani kienu arrestati wara li tifel li għandu inqas minn ħmistax-il sena kien stuprat minnhom u mhedded b’sikkina ġewwa foresta. Dan waqt li ffilmjaw kollox.
Kollox seħħ f’Uppsala, fix-xlokk tal-Iżvezja, fejn it-tifel kien imsawwat, imkaxkar fil-foresta, miżmum kontra r-rieda tiegħu u stuprat għal aktar minn siegħa.
Huwa irrapportat ukoll li wieħed miż-żgħażagħ mhux talli ffilmja l-attakk li seħħ bejn l-24 u l-25 ta’ Ottubru, talli tefa’ l-filmati fuq mezzi soċjali.
It-tifel mar hu stess għand il-Pulizija qabel il-ħames żgħażagħ inżammu fuq akkużi ta’ stupru. Kollha ċaħdu dawn l-akkużi, u wieħed minnhom qal li ma kien preżenti xejn. Oħrajn qalu li ma jafux x’kienu qed jagħmlu.
![The victim, who is under 15, was filmed during the attack, which happened in woodland in Uppsala (file picture), south east Sweden](http://i.dailymail.co.uk/i/pix/2016/12/06/16/3B1A013600000578-0-image-a-26_1481040046239.jpg)