Żewġ nisa Brażiljani u Taljan baqgħu jinżammu taħt arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati bi traffikar uman.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużati kienu jġibu n-nies mill-Brażil u jwegħduhom li se jaħdmu bħala fattigi hawn f’Malta, iżda l-Pulizija spjegat li dawn, minflok, kienu qed jispiċċaw jaħdmu fil-prostituzzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara talba mill-Prosekuzzjoni, il-Maġistrat tal-Għassa Elaine Rizzo ordnat l-iffriżar tal-assi tal-akkużati, filwaqt li ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest.