Mara u raġel ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li għamlu l-qligħ minn fuq il-prostituzzjoni u burdell, li ħaslu l-flus u li kellhom ammont ta’ droga eroina għall-użu personali.
L-akkużati li isimhom ma jistax jixxandar, wieġbu mhux ħatja hekk kif ma wieġbu għall-ebda mistoqsija fil-Qorti waqt l-eżami tal-akkużati.
L-avukat difensur, Dr.Kathleen Grima talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispetturi Jonathan Cassar u Roxanne Tabone ma qablux ma’ din it-talba hekk kif saħqu li tista’ tiġi preġudikata l-investigazzjoni filwaqt li għandhom xhieda pajżana.
Id-difiża rribattiet dawn l-argumenti hekk kif saħqet li minħabba li l-maġġoranza tal-evidenza tinsab fuq żewġ mobiles li diġà qiegħdin għand il-pulizija l-investigazzjoni ma tistax tiġi preġudikata.
Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest. Dan filwaqt li ordnat lill-prosekuzzjoni tressaq lix-xhieda pajżana kemm jista’ ikun malajr.