Delivery man u raġel ieħor ġew akkużati quddiem il-qorti b’bejgħ ta’ kannabis. Id-delivery man qal li hu jaqla’ biss €10 kuljum mix-xogħol.
Abdiladeef Abdirahman Hassan ta’ 22 mill-Ħamrun and Abdiwahab Ahmed Ali ta’ 35 li jgħix fit-triq; it-tnejn mis-Solmalja deheru llum quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli.
L-ispettur Matthew Galea mexxa l-prosekuzzjoni taż-żewġ irġiel dwar pussess aggravat u traffikar tal-kannabis u reżina tal-kannabis, kif ukoll b’riċediviżmu. L-irġiel ġew akkużati li biegħu droga minn dar fil-Ħamrun.
Huma wieġbu mhux ħatja għal dawn l-akkużi.
Meta ġew mistoqsija dwar ix-xogħol tagħhom, Hassan qal li huwa bla xogħol u li qed jgħix mill-benefiċċji tal-Gvern waqt li Ali qal li hu jaħdem bħala delivery man bi qliegħ ta’ €10 kuljum.
L-avukat Christopher Chircop ma talabx għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju iżda irriserva dan id-dritt fi stadju aktar ‘il quddiem.
Il-Qorti ordnat li l-atti jintbagħatu quddiem ir-reġistratur biex il-każ jimxi skond il-liġi.