Illum il-Pulizija ressqet il-Qorti raġel ta’ disgħa u tletin sena min-Niġerja iżda residenti Marsaskala u mara ta’ ħamsa u għoxrin sena mwielda l-Venezuela.
Dawn ġew akkużati li nhar id-disgħa ta’ Diċembru assoċjaw ruħhom ma’ xi persuna jew persuni oħra sabiex ibigħu jew jittraffikaw id-droga kokaina.
Il-mara ġiet akkużata wkoll li importat u kellha fil-pussess tagħha d-droga kokaina.
Iż-żewġ persuni wieġbu mhux ħajta ghall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom. Huma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.