Amber-Ann Zammit, ta’ 23 sena mill-Ħamrun, kienet arrestata u tressqet il-qorti wara li kienet suspettata bħala l-moħħ wara serje ta’ serq fl-aħħar xhur mil-librerija tal-Universita.
F’sitt okkażjonijiet separati, ħamsa f’Novembru u oħra l-ġimgħa li għaddiet, it-tfajla li mhijiex studenta, żaret l-Universita u serqet ammonti żgħar ta’ flus mill-affarijiet personali tal-istudenti li jkunu fil-kompartamenti tal-librerija.
It-tfajla ġiet akkużata bi tliet akkużi ta’ serq aggravat u anke li kisret il-kundizzjonijiet tal-liberta kundizzjonata ta’ sentenza li kienet ingħatat fl-elfejn u sittax.
L-avukati tat-tfajla issuġerriexu li jsir rapport sabiex jaraw xi problema qiegħda tiffaċja t-tfajla li waslitha tagħmel dan ir-reat. Bil-Maġistrat Charmaine Galea laqgħet it-talba li jsir dan ir-rapport.
L-ispettur Colin Sheldon qal li jittama li t-tfajla tgħallmet lezzjon, filwaqt li qal li għandha tinzamm arrestata.
Hija ingħatat l-ħelsien mill-arrest fuq d-depożitu ta; mitejn ewro, u garanzija personali ta’ elf ewro. Il-Maġistrat Charmaine Galea ordnat lit-tfajla sabiex tlett darbiet f’ġimgħa tiffirma fl-għassa.