Graziella Debono ta’ tlieta u erbgħin sena minn Ħaż-Żabbar inħelset mill-arrest wara li ċaħdet l-akkuża li serqet deheb u ġojjellerija minn dar f’Raħal Ġdid fejn kienet impjegata.
L-allegat serqa ta’ ħamest elef ewro f’ġojjellerija u deheb saret matul l-aħħar ġurnata li kienet impjegata fid-dar li kienet tnaddaf.
Din mhijiex l-ewwel darba li Debono xellfet difrejha mal-liġi.