Elaine Spiteri ta’ 36 sena wieġbet mhux ħatja meta ġiet akkużata li serqet basket mimli flus mill-każin Nazzjonalista ta’ Ħaż-Żabbar aktar kmieni dan ix-xahar.
Hija tressqet il-Qorti akkużata li fl-20 ta’ Jannar serqet bejn 232 ewro, u elfejn tliet mija u disgħa u għoxrin ewro.
Ingħad li l-basket ittieħed minn ħdejn il-bar u nstab vojt fil-kamra tal-banju tal-istess binja – fejn il-mara ġiet innutata dieħla u ħierġa minn diversi persuni.
L-imputata ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali t’għaxart elef ewro.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat lill-mara tiffirma f’għassa darba fil-ġimgħa u ma toħroġx mid-dar bejn l-għaxra ta’ filgħaxija u l-ħamsa u nofs ta’ filgħodu.
Hija wissietha wkoll biex ma tkellimx lill-allegat vittma jew lil qrabatu.