Mara Pakistana li kienet għadha kif iżżewġet ġiet arrestat hekk kif qed ikun issuspettat li qatlet lil żewġha u minn tal-inqas 14-il persuna li kienu qraba tiegħu b’ħalib ivvalenat.
Il-Pulizija qed jakkużaw lil Asiya Bibi li kellha pjan li tivvalena lir-raġel tagħha, fejn ħaltet il-valenu mal-ħalib il-ġimgħa li għaddiet iżda hu ma xorbux.
Minflok dan sar qishu xarba maqgħuda, famuża fl-Ażja, li tagħtha lil qraba tiegħu.
Il-Pulzija qalu li l-mara kienet sfurzata tiżżewweġ lil dan ir-raġel lura f’Settembru. Żwieġ li hu komuni f’żoni fqar fil-Pakistan.