Mary Aquilina, fattiga ta’ 41 sena minn Ħal Qormi, ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li tresqet il-Qorti mixlija b’serq.
Il-mara ġiet akkużata li bejn Lulju u Awwissu li għadda, serqet ġojjellerija b’valur ta’ €10,000 mingħand il-familja li timpjegaha biex tnadfilhom.
Fil-Qorti ħareġ li, allegatament, l-akkużata biegħet dan id-deheb misruq lil diversi ħwienet, u l-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha wara li rċeviet din l-informazzjoni.
L-imputata ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000, filwaqt li trid tiffirma fl-għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa.