Amerikana li akkużat lill-President Amerikan Joe Biden b’fastidju sesswali, marret Moska, fejn qed titlob iċ-ċittadinanza Russa.
Tara Reade, ta’ 59 sena, qalet li hi tħossha sigura fir-Russja u trid tibqa’ hemm.
Hija allegat li Biden aggrediha meta hija kienet taħdem fl-uffiċju miegħu f’Capitol Hill, fl-1993, meta kienet assistenta tiegħu, meta kien senatur.
Huwa ċaħad dawn l-akkużi.
Hija qalet li telqet mill-Istati Uniti wara li politiku Repubblikan qallha li tinsab fil-periklu.
Hija qalet li tittama li tista’ żżomm iċ-ċittadinanza Amerikana.
Reade kienet waħda minn bosta li għamlu allegazzjonijiet ta’ din in-natura fuq il-President Biden.