Żagħżugħ Spanjol ta’ 21 sena, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li jumejn ilu għamel ħsara fuq numru ta’ karozzi f’San Ġiljan.
Il-Prosekuzzjoni akkużatu wkoll li attakka, hedded u kkawża ġrieħi ħfief lil uffiċjal tal-Pulizija waqt li kien taħt l-effett tax-xorb.
Il-Maġistrat filwaqt li ħelsitu mill-arrest, tagħtu numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li ma jsifirx, li jkun id-dar bejn nofsillejl u s-sitta ta’ filgħodu, li jiffirma l-għassa Tas-Sliema tliet darbiet fil-ġimgħa u li għandu jagħmel depożitu ta’ elf ewro.