Tifla li allegatament sfat stuprata minn raġel li ġiet sforzata tiżżewġu kellha biss 14-il sena.
Mohammad Shakir, ta’ 43 sena minn Melbourne l-Awstralja, qed ikun akkużat li ħa sehem f’attività sesswali ma’ din it-tifla taħt l-età bejn Settembru u l-1 ta’ Ottubru tal-2016, wara li żżewġu.
Iċ-ċeremonja sare bl-għajnuna tal-ex Imam Ibrahim Omerdic ta’ 61 sena, li ukoll qed jaffaċċja akkużi relatati ma’ żwieġ illegali.
It-tifla bħalissa tinsab fi stat fraġli u għaddejja minn diversi problemi ta’ saħħa.