Frankie Bugeja, kuntrattur ta’ 35 sena minn San Pawl il-Baħar tressaq il-qorti taħt arrest mixli li seraq bosta twieqi tal-aluminju minn sit ta’ kostruzzjoni fl-istess lokalità.
Bugeja ġie arrestat it-Tlieta li għadda wara li pprova jbigħ l-aluminju li nqala’ miċ-ċaċċiss lil sid ta’ scrapyard li rnexxielu jsib is-sid u għaraf li kienu tiegħu meta mar jispezzjonahom fuq il-post fil-preżenza tal-akkużat.
Il-Qorti ippreseduta mill-maġistrat Audrey Demicoli, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,500.