Libjan ta’ 29 sena residenti ż-Żebbuġ baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat b’serq.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, huwau ġie akkużat li nhar id-19 ta’ Ġunju, mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra, kif ukoll minn żewġ stabbilimenti fi Triq il-Port, Marsalforn, seraq żewġ mobiles, flus kontanti, dokumenti, basktijiet u diversi oġġetti oħra.
Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja imposti fuqu mill-Qorti u li renda ruħhu reċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Però huwa ma ħallasx id-depożitu tal-libertà proviżorja u għalhekk inżamm arrestat.