Somalu ta’ 22 sena tressaq il-Qorti wara li l-Ġimgħa filgħaxija allegatament mess il-partijiet privati ta’ tfajla Franċiża u kkawżalha ġrieħi ħfief f’Paceville.
Iż-żagħżugħ inqabad biswit ristorant fl-inħawi u ġie arrestat mill-Pulizija tad-Distrett wara li pprova jaħrab bil-ġiri.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat.