Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq b’arrest il-Qorti mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali u li kkorrompa liż-żewġ uliedu bniet.
Ġie allegat li raġel wettaq dawn l-atti fuq perjodu ta’ sitt snin u li saħansitra mmasturba quddiem uliedu.
Fil-qorti ħareġ li l-ewwel kienet waħda mit-tfal li tkellmet u stqarret li oħta ukoll kienet għaddiet mill-stess esperjenza.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat tat il-ħelsien mill-arrest lill-imputat fuq depożitu ta’ €12,000 u garanzija personali ta’ €8,000.
Il-Qorti għamiltha ċara li l-imputat ma jistax ikellem lill-uliedu. Filfatt ir-raġel ġie ordnat biex għalissa jgħix waħdu fid-dar, filwaqt li l-omm se tmur tgħix ma’ ulieda f’dar oħra.
Il-Qorti ordnat li jkun hemm id-divjet fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-missier u ta’ uliedu, u anke ta’ fejn joqogħdu.
Il-Qorti ordnat ukoll li lanqas jissemmew l-etajiet tal-persuni nvoluti f’dan il-każ.