Raġel ta’ 46 sena mis-Siġġiewi tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa u kellu attività sesswali ma’ tfajla ta’ 14-il sena, li tiġi bint is-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti ntqal li minkejja li l-allegat krimini seħħew bejn Ġunju tas-sena li għaddiet u Marza li għadda, l-omm ma kinitx konxja tagħhom ħlief minn ftit tal-jiem ilu.
L-akkużat, li kien joqgħod fl-istess residenza mal-vittma u ommha, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh.
Wara li semgħet l-argumenti tal-prosekuzzjoni u d-difiża, l-Qorti ddeċidiet li r-raġel jinżamm taħt arrest, u poġġiet divjet fuq ix-xandir tal-ismijiet kemm tal-akkużat, kif ukoll tal-allegat vittma.