Bennej ta’ 44 sena mill-Mosta ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li benġel lil martu.
L-Ispettur Paula Ciantar spjegat kif il-vittma u l-imputat tlewmu wara li l-mara qalet li xtaqet ittemm iż-żwieġ bejniethom. Intqal ukoll li dan ma kienx l-ewwel argument.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest, bil-qorti tilqa’ t-talba fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €3000.