Fatjon Lulaj, ta’ 30 sena,ta’ nazzjonalità Albaniża u joqgħod Ħal Qormi, qed jiġi akkużat li b’negliġenza kkawża l-mewt tal-kollega tiegħu, Adrian Muscat, li waqa f’xaft waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f’Ta’ Qali s-sena l-oħra. Huwa qed jiġi akkużat ukoll li b’negliġenza kkawża ġrieħi gravi fuq persuna, kif ukoll b’buqqas ta’ sigurtà fis-sit ta’ kostruzzjoni.
Lulaj wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u d-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li jiffirma l-għassa tlett ijiem fil-ġimgħa. Il-ħelsien mill-arrest ngħatalu fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €40,000.