Abdirahman Hassan Sakariye, ta’ 27 sena mis-Somalja, inżamm arrestat wara li ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel ieħor, li kien fis-sakra f’post pubbliku, li sar reċediv, u li kiser l-ordni u l-paċi pubblika.
Fil-Qorti nstema’ li l-każ imur lura għas-6 ta’ Novembru, meta fi gnien fi Triq Patri Feliċjan Bilocca fil-Marsa, is-Somalu kien involut f’argument ma’ raġel ieħor u tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud.