Raġel ta’ tnejn u erbgħin sena mix-Xagħra ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex fuq diversi akkużi.
Fil-Qorti intqal kif fl-ewwel ta’ Settembru, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, l-akkużat kien kompliċi f’każ ta’ ħruq ta’ vettura u għamel ħsarat fuq propjetà, fi Triq ir-Rabat, ix-Xewkija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi mill-Qorti.
L-akkużat wieġeb mhux ħati.