Joseph Jacobs, Ingliż ta’ 39 sena weħel sentenza ta’ sena u nofs ħabs sospiżi għal tliet snin wara li fil-Qorti ammetta li għamel ħsara f’appartament fil-Mosta waqt li kien fis-sakra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, l-Ingliz ammetta wkoll li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa hedded pulizija.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet kif il-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi blokka appartamenti fejn hemmek arrestaw lill-akużat, li beda jirreżisti u jgħid lill-uffiċjal li se jaqtagħlu jdejh.
Ġie spjegat ukoll li l-akkużat ma jiftakar xejn millli għamel u li skuża ruħu.
Huwa weħel ukoll multa ta’ elf ewro.