Raġel ta’ 26 sena mill-Gana u residenti Marsalforn ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta fil-Qorti li hedded uffiċċjal tal-Pulizija.
Fil-Qorti ingħat li nhar il-ħdax ta’ Settembru li għadda meta l-akkużat mhux biss hedded lill-Pulizija iżda kkawża biża fuq persuna oħra li se tintuża l-vjolenza kontrih.
Ir-Raġel deher quddiem il-Maġistrat Paul Coppini fil-Qorti ta’ Għawdex fejn intbagħat sitt xhur ħabs wara li wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.