Hagen Azzopardi ta’ 29 sena mill-Msida ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti akkużat li uża profil falz fuq Facebook u bgħat messaġġ ta’ theddid u hedded li joqtol raġel ieħor.
Fil-qorti l-Avukati tiegħu Franco Debono u Marion Camilleri qalu li r-raġel kien qiegħed jirreaġixxi għal messaġġ provokativi li rċieva.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
F’Lulju tas-sena li għaddiet huwa kien tressaq il-qorti wara li laqat u kkawża ġrieħi gravi fuq l-ex sieħeb tat-tfajla tiegħu u għamillu ħsara fuq oġġetti personali.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-għassa.