Eks impjegat tal-ministeru tal-affarijiet barranin kien akkużat li ffalsifika dokumenti ta’ identità Pakistani biex jikseb iċ-ċittadinanza Maltija.
Il-prosekuzzjoni insistiet li ma ħadimx mal-ministeru sa mill-2013 u qalu li ma kellux mezzi finanzjarji biex jissaportja lilu nnifsu.
Il-Maġistrat Doreen Clarke ċaħdet il-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-akkużi li saru.