Il-Qorti tat il-ħelsien proviżorju mill-arrest lil raġel ta’ 36 sena li kien akkużat li attakka lill-ommu waqt ġlieda.
Ir-raġel mill-Fgura, li ismu ma jistax jixxandar minħabba n-natura tal-każ, wieġeb mhux ħati għall-akkużi li kkawża ġrieħi ħfief fuq ommu u li reġa’ kkommetta reat.
Il-Maġistrat Charmaine Galea semgħet kif l-inċident seħħ it-Tlieta kmieni waranofsinhar fid-dar t’ommu stess.
Għalkemm il-prosekuzzjoni appellat biex ir-raġel ma jinħelisx mill-arrest peress li r-raġel diġà kien arrestat fil-passat minħabba offiżi simili fuq ex-sieħba tiegħu, fil-kuntest, il-Maġistrat rat li r-raġel għandu żewġt itfal żgħar u fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €2,000, ħelsitu iżda ordnatlu li ma jkellimx lil ommu u ma jersaqx lejn it-triq fejn toqgħod, fost kundizzjonijiet oħra.