Raġel ta’ 48 sena li jgħix Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa u abbuża sesswalment minn tifla ta’ 14-il sena. Ir-raġel ġie akkużat li allegatament pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minoreni li hija l-ħabiba tat-tifla tiegħu. Huma kienu jgħixu fl-stess residenza.
L-Ispettur Roxanne Tabone ppreżentat numru ta’ dokumenti dwar il-każ fosthom dokument mill-Aġenzija Appoġġ.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq huwa wieġeb mhux ħati tal-akkuzi kontrih. Huwa qal li bħalissa ma jaħdimx.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li xhieda li għad iridu jxihdu f’dan il-każ.
Il-Maġistrat Victor Axiaq ordna sabiex ir-raġel jinzamm arrestat. Ġie ordnat divjett fuq l-ismijiet tal-akkużat u tal-vittma.